Home Net News Rieda li Malta tibqa’ żżomm l-aqwa relazzjonijiet mar-Renju Unit

Rieda li Malta tibqa’ żżomm l-aqwa relazzjonijiet mar-Renju Unit

6
0
SHARE
Advertisement

– Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adian Delia qal li f’kull ċirtostanza, kemm jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE bi ftehim, jekk joħroġ bla ftehim u anki jekk ma joħroġx, Malta hi impenjata li żżomm l-aqwa relazzjonijiet mar-Renju Unit.

Meta tkellem f’dibattitu parlamentari wara stqarrija ministerjali mill_Prim Ministru Joseph Muscat dwar Brexit, il-Kap tal-Oppożizzzjoni Adian Delia qal li l-Oppożizzjoni taqbel mal-ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit u għandha fiduċja tal-UE.

L-Oppożizzjoni hi preokuppata dwar id-drititjiet taċ-ċittadini Maltin fir-Renju Unit u dwar in-negozji Maltin u anki l-Brittaniċi li jgħixu f’Malta. Hu kompla li teżisti l-possibbiltà li jsir referendum u l-Ingliżi ma joħorġux mill-UE u għalhekk Malta trid tibda tikkunsidra din l-eventwalità wkoll, minbarra l-possibbiltajiet l-oħra.

Adrian Delia qal li fil-parlament teżisti rieda politika li Malta tibqa’ żżomm relazzjonijiet mill-aqwa mar-Renju Unit. L-Oppożizzjoni tiggarantixxi dan l-impenn u taqbel li l-Brittaniċi li jgħixu f’Malta jieħdu permess ta’ residenza għal 10 snin. Hu tkellem dwar l-inizjattivi tan-negozju li ħa l-Gvern, is-settur marittimu Malti, is-settur tal-mediċina u l-farmaċewtika u l-importanza tal-mezzi ta’ komunikattiva liq ed jittieħdu qrib ta’ nies involuti.

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar staqsa dwar fondi Ewropej, il-parteċipazzjoni ta’ ċittadini Brittaniċi fil-kunsilli lokali u l-istudenti li qed jistudjaw u l-ħaddiema li qed jaħdmu l-Ingilterra.

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono staqsiet dwar is-settur tal-gaming u t-taxxa fuq l-ekonomija diġitali u l-użu tal-veto.

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil staqsa dwar il-korsiji speċjali għall-Brittaniċi fl-ajruport u jekk hux se jkun hemm l-istess fl-Ingilterra, jekk il-lingwa Ingliża hux se tibqa’ lingwa uffiċjali tal-UE u xi tkun il-pożizzjoni tal-Gvern Malti jekk ir-Reju Unit titlob esentenzjoni ta’ Artiklu 50.

Il-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo staqsa lill-Prim Ministru jekk l-Ingliżi li jiġu għal btala hux se jkollhom bżonn visa, ir-restrizzjonijiet tat-titjiriet tal-ajru.

Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone stqsa dwar il-konvenzjoni tal-kura tas-saħħa u l-miżati tal-istudenti Maltin fir-Renju Unit.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb li l-gvern se joffru permess ta’ residenza għal 10 snin u sostna li l-gvern ħass ferm iktar interess f’Malta minn meta kien hemm din is-sitwazzjoni. F’Malta hawn 13,000 ċittadin Brittaniku li minnhom 5,000 jaħdmu iżda m’hemmx statistika kemm hemm Maltin jaħdmu fir-Renju Unit jew kemm hemm jistudjaw.

Il-Prim Ministru qal li l-gvern se jħeġġeġ lill-Maltin li jgħixu fir-Reju Unit biex jirreġistraw. Il-Brittaniċi jistgħu jikkontestaw għall-kunsilli lokali. Il-lingwa Ingliża tibqa’ l-lingwa uffiċjali tal-UE. Il-visas qed ikunu diskussi fuq livell Ewropej u jista’ jkun hemm bżonn ta’ visas. Il-gvern qed jagħti prijorità lill-miżati tal-istudenti.

The post Rieda li Malta tibqa’ żżomm l-aqwa relazzjonijiet mar-Renju Unit appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here