Home One News Passi dixxiplinarji kontra student li ġibed filmat jattakka edukatur verbalment u juża...

Passi dixxiplinarji kontra student li ġibed filmat jattakka edukatur verbalment u juża kliem ta’ natura sesswali

14
0
SHARE
Advertisement

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni rrefera għal filmat li ġie ppubblikat illum fuq il-midja soċjali li juri student jattakka verbalment bi kliem oxxen u ta’ natura sesswali lill-edukatur.

Fi stqarrija l-Ministeru spjega li dan il-filmat inġibed fl-2017 u meta l-awtoritajiet tal-iskola saru jafu b’dan l-incident ittieħdu l-passi dixxiplinarji fil-konfront tal-istudent fejn ġie sospiż, u ma baqax jattendi f’din l-iskola u ġie dirett lejn programm edukattiv tal-appoġġ. Fl-istess ħin sar rapport mill-iskola lill-pulizija minnufih.

Il-Ministeru u l-Awtoritajiet fl-iskejjel dejjem kellhom politika waħda f’dawn it-tip ta’ ċirkostanzi: Tolleranza Zero.

Il-Ministeru temm jisħaq li għandu jkun hemm kultura ta’ rispett fl-edukazzjoni, bejn studenti u edukaturi, bejn ġenituri u edukaturi u bejn dawk kollha li jaħdmu fl-edukazzjoni.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here