Home Net News Man City jaċċertaw posthom fil-finali tal-League Cup

Man City jaċċertaw posthom fil-finali tal-League Cup

8
0
SHARE
Advertisement

Manchester City għelbu lil Burton Albion 1-0 fil-Pirelli Stadium biex għaddew għall-finali tal-League Cup b’aggregate ta’ 10-0, biex b’hekk għadhom biċ-ċans li jirbħu din il-kompetizzjoni għat-tieni staġun konsekuttiv.

Wara l-umiljazzjoni ta’ 9-0 fl-ewwel logħba fl-Etihad Stadium, il-gowl li wasal b’xutt fil-baxx ta’ Sergio Aguero wara 26 minuta, kien biżżejjed għat-tim ta’ Pep Guardiola li kien mibdul mhux ftit, għalkemm xorta kien jinkludi plejers ta’ kwalità kbira bħal Aguero, Riyad Mahrez u Kevin de Bruyne.

Id-distakk ta’ 10 gowls hu l-ikbar wieħed fl-istorja tas-semifinali tal-kompetizzjoni iżda Burton żammew lil City żewġ gowls bogħod mill-akbar distakk fl-istorja tal-League Cup. Din ir-rebħa tfisser ukoll lit-tim ta’ Guardiola jista’ jsir l-ewwel tim ta’ Manchester City li jiddefendi unur maġġuri meta jilagħbu kontra Chelsea jew Tottenham f’Wembley fl-24 ta’ Frar.

The post Man City jaċċertaw posthom fil-finali tal-League Cup appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here