Home Net News “Irrid nagħtu lura l-isptarijiet lill-poplu” – Clyde Puli, Segretarju Ġenerali tal-PN

“Irrid nagħtu lura l-isptarijiet lill-poplu” – Clyde Puli, Segretarju Ġenerali tal-PN

19
0
SHARE
Advertisement

“Il-Partit Nazzjonalista jrid jagħti tama li l-affarijiet jistgħtu isiru aħjar, mingħajr il-ħażen, mingħajr il-korruzzjoni, mingħajr il-mibgħeda”.

Qal dan is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli li kien fost il-mistiedna ta’ Frank Psaila fuq il-programm Iswed Fuq l-Abjad fuq Net TV. Tul il-programm hu tkellem ukoll dwar l-isfidi li qed jiffaċċja l-Partit Nazzjonalista u dawk tal-Partit Laburista.

Clyde Puli kompla jispjega kif il-kap tal-Partit Nazzjnalista Adrian Delia daħal il-Qorti waħdu kontra l-Gvern biex jikseb lura l-isptarijiet tal-poplu. Din il-kawża titratta kuntratt li ħoloq qasma bejn id-deputati tal-Gvern, tant li l-Viċi Prim Ministru Chris Fearne qal li l-kuntratt il-ġdid ta’ Steward kien ir-real deal, “b’differenza għall kuntratt tal-Vitals ta’ Konrad Mizzi.

Tul il-prorgramm sar ukoll kuntatt permezz ta’ Skype ma’ David Stellini minn Brussell fejn bħalissa fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa qed jiġu diskussi Brexit, is-saltna tad-dritt, l-immigrazjoni u temi oħra. Stellini qal li xogħlu hu li jħares l-interessi tal-Maltin kollha tul din l-Assemblea.

Iktar tard Frank Psaila kellu wkoll fl-istudios lill-Ex Editur tas-Sunday Times Laurence Grech u lil George Vital Zammit, lecturer fl-Università ta’ Malta.

Fost l-oħrajn Grech qal li laqtu d-diskors ta’ Adrian Delia fi tmiem il-ġimgħa, li hu qal, laqat il-musmar fuq rasu meta sostna li min ma jivvutax fl-elezzjonijiet li jmiss ikun qed jagħti l-vot tiegħu lill-Joseph Muscat.

George Vital Zammit tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżna u rrimarka kif kien ixxukkjat bil-każ ta’ Neville Gafa. Hu qal li hija ħaġa inkwetanti ferm li Gafa żar il-Libja f’isem il-Gvern Malti iżda fl-istess ħin il-Gvern ċaħad li kienet żjara statali.

Qed ikun allegat li l-iskop tal-iżjara ta’ Gafa fir-realtà kienet biex jikkorrompi xhieda li għandhom jikxfu t-tahwid kbir fl-iskema ta’ bejgħ tal-visas mediċi lill-Libjani.

The post “Irrid nagħtu lura l-isptarijiet lill-poplu” – Clyde Puli, Segretarju Ġenerali tal-PN appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here