Home One News Il-Gvern jiċħad allegazzjonijiet tat-Times dwar il-proġett tal-Corinthia

Il-Gvern jiċħad allegazzjonijiet tat-Times dwar il-proġett tal-Corinthia

17
0
SHARE
Advertisement

Il-Gvern ċaħad allegazzjoni li għamel il-ġurnal The Times of Malta li d-diskussjonijiet mal-Corinthia se jerġgħu jinfetħu wara li nħarġet twissija. Il-ġurnal qal li l-Gvern reġa’ beda diskussjoni mal-Grupp Corinthia biex jinbidlu xi termini u xi negozjati dwar il-proġett tal-peniżula tal-bajja ta’ San Ġorġ, wara li allegatament inħarġet twissija li l-proġett jikser regoli Ewropej.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li din hija fabbrikazzjoni u m’għandu ebda raġuni għal xiex jibdel il-fehma tiegħu li l-proġett jirrispetta l-għajnuna li l-Unjoni Ewropea tati lill-Istat.

Il-Gvern żied jgħid li qed jikkunsidra xi sottomissjonijiet li saru minn diversi partijiet biex b’hekk ikun jista’ jifhem it-tħassib tagħhom dwar il-proġett. S’issa, id-diskussjonijiet mal-Grupp Corinthia kienu pożittivi ferm f’dan ir-rigward, u li kwstijonijiet ta’ għajnuniet li l-Unjoni Ewropea tati lill-Istat ma jidħlu xejn f’dawn id-diskussjonijiet.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here