Home Newsbook “Id-diskussjoni dwar l-abort għandha tkun fuq l-għajnuna lill-ommijiet”

“Id-diskussjoni dwar l-abort għandha tkun fuq l-għajnuna lill-ommijiet”

5
0
SHARE
Advertisement

Il-Fondazzjoni Life Network Malta qed tappella lill-awtoritajiet Maltin biex id-diskussjoni nazzjonali dwar l-abort tiffoka fuq it-titjib tal-għajnuna li jingħataw in-nisa fi kriżi ta’ tqala. Fl-istess waqt esprimiet il-gratitudni tagħha lil Membri Parlamentari Maltin kollha li qalet minn dejjem  ipproteġew il-ħajja sa mill-konċepiment.

Fakkret fis-servizz ta’ għajnuna Life Line Malta għal persuni fi kriżi ta’ tqala u dawk bi pre-natal diagnosis negattiva. Qalet li dan is-servizz joffri għajnuna konkreta lill-ommijiet u lit-trabi mhux imwielda, biex l-ommijiet ma jħossuhomx waħidhom.

Il-Fondazzjoni fakkret kif bħall-lum 46 sena ilu, il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti kienet iddeċidiet dwar każ li permezz tiegħu ġie deċiż li tarbija fil-ġuf tista tinqatel b’mod liberu fl-Istati Uniti.

Huwa stmat li din id-deċiżjoni fl-Istati Uniti biss, irriżultat f’iktar minn 58 miljun abort.

Il-Fondazzjoni Life Network tikkwota istatistika li turi li wieħed minn kull erba’ aborti jsiru “għax l-omm ma tħosshiex lesta biex ikollha t-tfal”, 23% isiru għax “l-omm ma tħossx li jkollha biżżejjed riżorsi finanzjarji” u 19% oħra “għax l-omm ma tkunx trid iktar tfal”. Persentaġġ żgħir qalu li għamlu l-abort għax it-tqala tista’ ttellifhom mill-prospetti tal-edukazzjoni jew tal-karriera.

F’dan l-isfond, qalet li l-isforzi f’Malta dwar l-abort għandhom ikunu fuq l-għajnuna u sostniet li s-soluzzjoni qatt m’għandha tkun il-qtil intenzjonali ta’ tarbija innoċenti.

“L-abort mhux fuq l-aġenda tal-Gvern” – Michael Falzon

Intant il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal fil-Parlament li l-abort mhux fuq l-aġenda tal-Gvern. Meta kien qed jagħmel il-winding up tad-dibattitu fl-istadju tat-tieni qari, dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda diversi liġijiet dwar il-ħarsien soċjali, huwa li qal “għalhekk qed isir dibattitu dwar l-abort, hu sabiħ li jserraħ l-imħuħ”.

The post “Id-diskussjoni dwar l-abort għandha tkun fuq l-għajnuna lill-ommijiet” appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here