Home Newsbook Ian Borg jgħid li mhux se ssir speed camera; l-ebda spjega dwar...

Ian Borg jgħid li mhux se ssir speed camera; l-ebda spjega dwar is-sinjali

16
0
SHARE
Advertisement

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li mhux se jkun hemm speed camera  fi Triq San Pawl fin-Naxxar.  Dan minkejja li fil-jiem li għaddew  twaħħlet tabella li tindika l-preżenza ta’ speed camera.

Newsbook.com.mt ħa filmati f’din it-triq li juru tabelli li jindikaw il-preżenza ta’ speed camera fil-qrib kif ukoll tabelli li juru li l-veloċità massima hija ta’ 40 kilometru fis-siegħa.  Din l-aħbar qajment kontroversja sħiħ, b’jiem wara s-sinjali jitneħħew.

Filmat: Speed camera ġdida; ma tistax taqbeż l-40 km

Il-Ministru għat-Trasport qal li l-Kunsill Lokali tan-Naxxar ma kienx ikkonsultat minħabba li mhux se jkun hemm speed camera. Is-Sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech Adami kienet ikkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li din l-ispeed camera se ssir però spjegat li l-Kunsill Lokali tan-Naxxar qatt ma ġie kkonsultat dwarha.

Dr Ian Borg kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.

The post Ian Borg jgħid li mhux se ssir speed camera; l-ebda spjega dwar is-sinjali appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here