Home Net News Gonzalo Higuain uffiċjalment plejer ta’ Chelsea

Gonzalo Higuain uffiċjalment plejer ta’ Chelsea

11
0
SHARE
Advertisement

Gonzalo Higuain ingħaqad uffiċjalment ma’ Chelsea b’self mingħand Juventus sa tmiem l-istaġun. Higuain lagħab l-ewwel parti tal-istaġun b’self ma’ Milan fejn skorja tmien gowls minn 22 logħba.

B’hekk l-attakkant Arġentin ta’ 31 sena se jkun qed jilgħab f’tim immexxi minn Maurizio Sarri wara li t-tnejn ħadmu flimkien ma’ Napoli. “Meta ġiet l-opportunità li ningħaqad ma’ Chelsea kelli neħodha. Hu tim li dejjem għoġobni u għandu storja twila, stadium meraviljuż u jilagħbu fil-Premier League, kampjonat li dejjem ridt nilgħab fih,” qal Higuain.

Higuain mhux se jkun għad-dispożizzjoni għal-logħba tal-lum mit-tieni leg tas-semifinali tal-League Cup kontra Tottenham. Iżda hu jista’ jagħmel id-debutt fir-raba’ rawnd tal-FA Cup il-Ħadd kontra Sheffield Wednesday.

Id-Direttur ta’ Chelsea Marina Granovskaia qalet li dan ma kienx ftehim faċli minħabba li kien hemm ħafna partijiet involuti, iżda jinsabu kuntenti li għalqu dan it-trasferiment. Hi kompliet li l-klabb jinsab ħerqan biex jaraw l-impatt li se jagħmel Higuain fit-tieni parti tal-istaġun.

Milan uffiċjalizzaw ukoll it-trasferiment ta’ Krzysztof Piatek mingħand Genoa għal €35 miljun, bil-plejer jiffirma kuntratt kuntratt ta’ erba’ snin u nofs. It-trasferiment ta’ Higuain jista’ jwitti t-triq biex Alvaro Morata jingħaqad b’self ma’ Atletico Madrid. Jidher li l-klabb Spanjol hu interessat li jħalli għażla li jakkwista l-plejer fis-sajf.

The post Gonzalo Higuain uffiċjalment plejer ta’ Chelsea appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here