Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia ħabbar emendi fil-kodiċi tal-pulizija li tneħħi l-poteri lill-Pulizija li toħroġ permess biex jindifnu l-mejta jew biex jinqala’ qabar.
Huwa spjega li l-għan ta’ dawn l-emendi huma li lill-Pulizija jitneħħulhom aspetti li fil-ġurnata tal-lum m’għadhomx jagħmlu sens u b’hekk ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq xogħol iktar importanti.
Min-naħa tiegħu, id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li dan kien poter inutli u hemm awtoritajiet oħra li għandhom kompetenza ikbar fuq id-dfin.
Hu qal li dan se jwitti t-triq għall-introduzzjoni ta’ modi oħra biex isir id-dfin, fosthom il-kremazzjoni. Stqarr li l-Parlament għandu quddiemu liġi dwar il-kremazzjoni li għadha tkun diskussa fil-ġimgħat li ġejjin.
The post Għad-dfin m’hemmx iktar bżonn permess tal-Pulizija appeared first on Newsbook.
L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook