Home One News Justin Haber: Daqshekk bews!

Justin Haber: Daqshekk bews!

15
0
SHARE
Advertisement

Il-gowler tal-Gżira Justin Haber qal fil-programm l-Argument fuq ONE li “daqshekk bews.”

L-eks internazzjonali Haber kien qed jitkellem dwar il-kontroversja li daħal fiha f’logħba li ntlagħbet il-Ġimgħa li għaddiet meta wara gowl fl-aħħar minuta Haber mar ibus lir-referee.

Ir-referee ma ħa ebda azzjoni wara din l-azzjoni. Uffiċjal tal-Ħamrun fil-programm qal li meta wieħed jara ħafna affarijiet li ġraw flimkien, wieħed faċilment jista’ jinterpreta dik il-bewsa differenti.

Haber wieġeb li mhux ġust li jeħel hu bi kwistjonijiet li setgħu ġraw qabel. “Nixtieq ngħamel apoġoloġija ta’ li ġara. Iżda, m’għamiltha b’ebda diżrispett lejn ir-referee jew il-Ħamrun,” qal Haber fi programm fejn l-uffiċjal tal-Ħamrun spjega kif it-tim tiegħu kien żvantaġjat diversi drabi. Din il-logħba spiċċaw fi skor ta’ 1-1.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here