Home One News 15-il krejn ġdid għall-Freeport ta’ Malta

15-il krejn ġdid għall-Freeport ta’ Malta

18
0
SHARE
Advertisement

Bħala parti minn investiment ta’ €31 miljun f’ġodda u manutenzjoni fil-Freeport ta’ Malta, il-Ministru Konrad Mizzi inawgura 15-il krejn ġdid b-investiment ta’ madwar €20 miljun

Il-krejnijiet ġodda magħrufa bħala RTGs Rubber Tyred Gantry Cranes, jintużaw biex jgħabbu u jniżżlu l-kontejners minn fuq il-vapuri, kif ukoll biex  jipoġġew minn post għall-iehor madwar il-Freeport.

L-RTGs il-ġodda huma mgħammra bl-aħħar teknologija. Fost oħrajn huma mgħammra b’white noise alarms li ma’ inżul ix-xemx awtomatikament jnaqqsu l-ħoss tagħhom għall-benefiċċju tar-residenti ta’ Birżebbuġa.

Huma mgħammra wkoll b’teknoloġija ta’ stacked profiling li permezz ta’ sistema ta’ lasers se jiġi evitat impatt ma’ kontejners oġra. L-RTGs iħaddnu wkoll sistema ta’ automatic steering. B’hekk l-operaturi ta’ dawn il-cranes iridu biss jużaw il-gass, hekk kif is-sistema żżomm il-crane miexi dritt b’mod awtomatiku permezz ta’ GPS.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Freeport Alex Montebello tenna li għal darb’oħra sfruttaw l-aħħar teknoloġija biex il-Freeport ta’ Malta jibqa’ fost l-aqwa fl-Ewropa. Huwa fakkar li tul l-aħħar sena l-Freeport Malti pproċessa ammont ta’ kontejners rekord li jitla’ għal 3,300,000.

Bħala parti mill-investiment ta’ €31 miljun, sar xogħol infrastrutturali madwar il-Freeport filwaqt li nxtraw 36 trakk u 31 trailer ġdid.

Fl-indirizz tiegħu il-Ministru Konrad Mizzi tenna li 6 mill-15-il crane diġà qed jintużaw u li l-cranes kollha se jkunu qed jitħaddmu sal-10 ta’ Marzu.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here