Home One News Programm ta’ taħriġ għall-ħaddiema tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika

Programm ta’ taħriġ għall-ħaddiema tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika

8
0
SHARE
Advertisement

Il-ħaddiema tal-uffiċju nazzjonali tal-istatistika se jibbenefikaw minn taħrig bil-għan li ikunu iżjed attrezzati sabiex jaffaċjaw l-isfidi li s-settur tal-ġbir tal-istatistika qed iġib miegħu.

Id-direttur ġenerali, Etienne Caruana saħaq li b’kollox il-ħaddiema ta’ dan l-uffiċju se jibbenefikaw minn 350,000 ewro ta’ taħrig f’sena sħiħa. Il-maġġoranza tal-programm ta’ taħrig se jkun iffinanzjat mill Fond Socjali Ewropew.

Is-Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali, Aaron Farrugia saħaq li dan il-fond huwa fundamentali sabiex il-ħaddiema Maltin ikunu jistgħu ikomplu javvanzaw fil-linja tagħhom.

Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna saħaq li filwaqt li l-ħaddiema fl-uffiċju nazzjonali tal-istatistika huma kollha kwalifikati u wħud minnhom għamlu żmien jistudjaw barra b’suċċess, dan it-taħriġ se jassigura li l-ħaddiema u dan l-uffiċju nazzjonali ikompli jagħmel progress.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here