Home One News Il-metodu tan-negozjati tal-Brexit kien difetuż

Il-metodu tan-negozjati tal-Brexit kien difetuż

12
0
SHARE
Advertisement

Il-metodu tan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-Brexit kien difettuż. L-UE messha l-ewwel staqsiet lir-Renju Uniti x’tip ta’ relazzjonijiet riedet mal-UE bħala kwistjoni ta’ prinċipju u ta’ politika. Kien ikun aħjar li l-UE indikat x’tip ta’ relazzjoni kienet tkun aċċettabbli għaliha u kien jinstab ftehim fuq din il-bażi.

B’hekk n-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit kienu jipproċedu mbagħad minn qagħda ta’ sħubija sħiħa għal dik tar-relazzjoni l-ġdida proposta.  Dan qalu llum Alfred Sant fil-Parlament Ewropew waqt dibattitu dwar ‘L-Irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea’ wara l-vot tal-bieraħ filgħaxija fil-‘House of Commons’.

“Minflok qed naraw episodju ieħor ta’ soap opera li frankament qed issir ripetittiva.”

Dr Sant qal li n-nuqqas ta’ progress bejn l-UE u r-Renju Unit inħoloq minħabba l-metodu difettuż li bih saru n-negozjati tal-Brexit. Dawn seħħew f’żewġ sekwenzi – l-ewwel li jkunu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ irtirar b’mod ordnat; imbagħad dak tar-relazzjonijiet futuri. Aggravat min-nuqqas ta’ qbil politiku min-naħa Brittanika, u d-determinazzjoni tal-azzar biex tinżamm l-għaqda min-naħa tal-UE, dan wassal liż-żewġ naħat għal ġol-ħajt.

“Proċess ta’ divorzju jkun immexxi tajjeb mhux biss billi jkunu ċari t-termini tas-separazzjoni, iżda billi r-relazzjonijiet futuri alternattivi jkunu ċari wkoll. Dawn iż-żewġ oqsma jaffettwaw lil xulxin, kif joħroġ ċar mill-kontroversji li ma waqfu xejn fi ħdan is-sistema politika Brittanika rigward hux aħjar ‘Hard Brexit ’ jew ‘Soft Brexit’.” qal l-MEP Malti.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here