Home Newsbook Mhux ħati li uża ħażin il-flus tal-Enemalta

Mhux ħati li uża ħażin il-flus tal-Enemalta

7
0
SHARE
Advertisement

Dak li kien iċ-Chairman tal-Enemalta Alexander Tranter inħeles wara li fil-qorti ma nstabx ħati ta’ użu ħażin ta’ fondi pubbliċi, miżappropjazzjoni jew frodi fl-użu tal-credit cards tal-kumpanija.

Alexander Tranter kien akkużat li abbuża mill-allowances li kien jirċievi biex jonfoq fuq vjaġġi u divertiment fiż-żmien meta kien Chairman tal-Enemalta bejn l-2005 u l-2010.

Il-Maġistrat Audrey Demicoli ippreċiżat li l-Qorti waslet għal din il-konklużjoni għax ma nstabet l-ebda evidenza li Tranter żamm xi fondi minnhom jew li ntużaw fuqu stess.

Kompliet tgħid li bħala Chairman tal-Enemalta, kellu d-diskrezzjoni dwar l-infieq u li seta’ jonfoq ammonti akbar, fosthom fejn tidħol għażla ta’ akkomodazzjoni meta jkun imsiefer.

L-avukat Joe Giglio deher għal Tranter f’dan il-każ.

The post Mhux ħati li uża ħażin il-flus tal-Enemalta appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here