Home Newsbook Kif in-nemel salvaw l-Imdina…

Kif in-nemel salvaw l-Imdina…

4
0
SHARE
Advertisement

Min jaf kemm-il darba għaddejt mill-Imdina, iżda forsi qatt ma staqsejt lilek innifsek kif din il-belt darba kienet ġiet salvata grazzi għan-nemel.

Jista’ jkun li qatt m’għaddilek minn moħħok li l-Imdina kellha sistema ta’ “metro”, jew forsi qatt ma staqsejt lilek innifsek għaliex il-kampnari tal-Katidral tal-Imdina huma daqshekk fil-baxx.

Jekk xtaqt tissodisfa dwan il-kurżijtajiet u oħrajn li sawwru l-istorja u l-karattru tal-Imdina permezz ta’ ritratti uniċi, se jkollok opportunità unika hekk kif il-fotografu Daniel Cilia ddeċieda li jagħmel taħdita pubblika bil-wiri tar-ritratti. Din se ssir il-Ħamis 31 ta’ Jannar fis-6.30pm fil-Mużew ta’ Palazzo Falson.

Jekk tattendi għaliha, tkun taf twieġeb għal dawn il-mistoqsijiet:

  • Kont taf li l-Imdina kienet ikbar, u fuq kollox, min ċekkinha?
  • X’kienet l-istorja fuq in-neputi tal-Gran Mastru?
  • Min kienet l-Alla Mara li ġiet kastigata?
  • X’ġara minn ras l-Imperatur Klawdju?
  • Taf li kien hemm żewġ assedji oħra fuq l-Imdina, minbarra l-Assedju l-Kbir?
  • Kif in-nemel salvaw lill-Imdina?
  • X’kienet il-“metro” tal-Imdina?
  • Għaliex il-kampnari tal-Kattidral tal-Imdina huma baxxi?

Id-dħul se jkun ta’ €10 għall-ħbieb tal-Palazzo Falson, u €12 għal min mhuwiex membru. Id-dħul se jmur għall-Palazzo Falson fl-Imdina stess.

The post Kif in-nemel salvaw l-Imdina… appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here