Home Net News Jaqa’ minn fuq sellum f’Raħal Ġdid

Jaqa’ minn fuq sellum f’Raħal Ġdid

3
0
SHARE
Advertisement

Għall-ħabta ta’ nofs in-nhar u għaxra, l-pulizija ssejħet fi Triq Għajn Dwieli f’Raħal Ġdid. Hemmhekk il-pulizija sabet raġel ta’ 44 sena minn Ħal Tarxien li kien għadu kif waqa’ minn fuq sellum.

Ir-raġel kien qed jaħdem f’garaxx meta għal xi raġuni waqa’ minn fuq sellum. Fuq il-post issejħet ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei. Aktar tard irriżulta li r-raġel kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.

The post Jaqa’ minn fuq sellum f’Raħal Ġdid appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here