Home One News IZIBET u Juventus Club Vero Amore fi ftehim

IZIBET u Juventus Club Vero Amore fi ftehim

3
0
SHARE
Advertisement

Juventus Club Vero Amore ħabbru li ffirmaw ftehim ta’ sponsorizazzjoni mal-IZIBET, l-aktar isem popolari fis-suq ta l-isports betting f’Malta. B’dan il-ftehim, l-IZIBET se tkun l-isponsor uffiċjali tal-akbar klabb internazzjonali ta’ supporters tal-Juventus fid-dinja. Dan il-ftehim se jorbot lill-IZIBET u Juventus Club Vero Amore għal tliet snin. Wieħed mill-isbaħ benefiċċji se tkun lotterja annwali li fiha l-membri tal-klabb se jkunu jistghu jirbħu vjaġġ ‘all-inclusive’ għal waħda mil-logħbiet tal-Juventus f’Turin.

Franco Degabriele – Business Development Director of IZIBET, irringrazzja lill-Juventus Club Vero Amore għall-ħidma kontinwa li jipprovdu lill-membri tagħhom, u fuq kollox tax-xogħol siewi li jagħmlu għall-partitarji tal-Juventus f’Malta, billi jipprovdu ‘link’ dirett ma wieħed mill-klabbs tal-futbol l-aktar prestiġġjui fid-dinja.

“Aħna nifmhu li l-Juventus Club Vero Amore huwa wieħed mill-aktar klabbs importanti tas-supporters tal-Juventus fid-dinja. Il-passjoni u d-dedikazzjoni tal-membri u l-istil ta’ gwida fil-klabb huwa sinonimu mal-istil tal-Juventus. Għaldaqstant kburin li l-IZIBET se tkun qed tassoċja ruħha ma’ isem li ilu jiddomina ‘il-league’ Taljan għal dawn l-aħħar seba snin, u nisperaw li jkollu sena rekord fl-2019.  L-isponsorizazzjoni mal-Juventus Club Vero Amore hija parti integrali mil-istrateġija tal-kumpanija li biha l-IZIBET jersaq aktar dejjem viċin mal-partitarji vera tal-futbol,” sostna s-sur Degabriele.

Joseph Fenech, President of the Juventus Club Vero Amore esprima s-sodisfazzjon ta’ dan il-ftehim mal-IZIBET, “Bi pjaċir nixtiequ nħabbru li l-lista ta’ sponsors tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) rat mil-lum iż-żieda ta’ isem illustri. Fil-fatt IZIBET għażlu li jissapportjaw l-inizjattivi tal-Club tagħna u se jkunu qed jagħtu l-appoġġ finanzjarju tagħhom lill-Club fix-xhur li ġejjin. Ninsabu ferm onorati li kumpanija kbira bħal IZIBET għażlet li torbot isimha mal-klabb tagħna. Bħal dejjem, il-Kumitat mhu se jieqaf qatt sabiex jattira aktar sponsors lejn il-Club sabiex hekk inkunu nistgħu nikbru u noffru servizz dejjem aqwa lilkom il-membri. Fl-istess ħin il-fatt li kumpanija tal-kalibru ta’ IZIBET qed tkun sponsor tal-Club tagħna, turi biċ-ċar li l-ħidma li qed inwettqu hi tassew waħda ta’ kwalità u li ssib l-apprezzament ta’ kulħadd.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here