Home Newsbook Il-parkeġġ fl-Università jiġġenera €13,620 għall-ambjent

Il-parkeġġ fl-Università jiġġenera €13,620 għall-ambjent

6
0
SHARE
Advertisement

Il-Kunsill Studenti Universitarji l-KSU ġabar €13,620 mit-tariffi tal-parkeġġ fl-Università ta’ Malta. Din is-somma nġabret fuq medda ta’ tliet xhur bħala parti mill-kampanja Green Fund, li permezz tagħha intalbet donazzjoni ta’ €3 minn kull student li applika għall-permess tal-parkeġġ fl-Università.

Il-KSU kienet qalet li dawn il-flus se jmorru għal pjanijiet alternattivi għat-trasport lejn l-Università.

F’messaġġ fuq Facebook, il-KSU ħabbret dettalji tal-ewwel inizjattiva li qed titnieda permezz ta’ dan il-fond. Spjegat li din se tkun fil-forma ta’ sussidju ta’ 50% fuq il-permess għall-parkeġġ tal-muturi jew rota.

Il-Green Fund kien tnieda mill-KSU fil-Freshers’ Week ta’ din is-sena bil-għan li tinħoloq kuxjenza akbar favur l-ambjent fost l-istudenti universitarji.

Min jixtieq japplika għal dan is-sussidju, jista’ jidħol minn dan il-link.

 

The post Il-parkeġġ fl-Università jiġġenera €13,620 għall-ambjent appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here