Home One News Il-komnità Żejtunija toġġezzjona għal żvilupp fir-raħal

Il-komnità Żejtunija toġġezzjona għal żvilupp fir-raħal

7
0
SHARE
Advertisement

Villa Curmi, dar fiż-Żejtun, b’valur storiku kbir ħafna anki għall-wirt barokk arkitettoniku li għandha tista’ tintilef kważi kollha bi żvilupp propost. Fil-fatt dan l-aħħar l-Awtorita’ tal-Ippjanar bdiet tikkunsidra applikazzjoni għal żvilupp fl-aħħar parti tal-ġnien li fadal minn Villa Curmi.

L-iżvilupp propost huwa bini t’appartamenti. Għal dan l-iżvilupp hemm diversi partijiet li qed joġġezzjonaw fosthom il-kunsill lokali u l-għaqda Wirt iż-Żejtun.

Wirt iż-Żejtun qed toġġezzjona għaliex dan l-iżvilupp, jekk isir se jħassar l-aħħar parti mill-ġnien kbir li kellha din id-dar u li skont il-pjan lokali għan-Nofsinhar ta’ Malta, suppost għandu jiġi mħares mill-iżvilupp bħala l-ewwel grad.

Il-Perit Ruben Abela li jmexxi l-għaqda Wirt iż-Żejtun tkellem ma’ dan l-istazzjon u apparti li qasam magħna l-oġġezzjonijiet tal-għaqda saħaq li huma qed ikunu pro-attivi billi jressqu proposti ħalli żviluppi ta’ din ix-xorta ma jaraw qatt id-dawl:

“Qed nitolbu lil-leġislatur biex jikkunsidra illi fit-tibdiliet legali tal-liġi għall-ħarsien tal-patrimonju jkun hemm ċar, iswed fuq l-abjad illi la darba proprjetà hija skedata jew hija proprjetà storika din ma tistax tinqasam jew tinbiegħ f’partijiet differenti imma trid tibqa’ integrali, b’mod integru bħala proprjetà sħiħa.”

Is-Superintendenza għall-Wirt Kulturali flimkien mal-uffiċjal dwar il-każ min-naħa tal-Awtorità għall-Ippjanar hu mifhum li wkoll oġġezzjonaw għal dan l-iżvilupp u kull

talba li tista’ ssir biex jitneħħa l-iskedar ta’ din il-proprjetà.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here