Home Net News George Vella jista’ jkun il-President il-ġdid

George Vella jista’ jkun il-President il-ġdid

5
0
SHARE
Advertisement

Sorsi lokali, inkluż dak tax-Xandir Nazzjonali qed jgħidu li hemm indikazzjonijiet li jekk jaċċetta, it-Tabib George Vella li fl-aħħar leġiżlattura serva bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin, ser jiġi nominat għal kariga ta’ President tar-Repubblika. Il-mandat tal-President preżenti, Marie-Louise Coleiro Preca, jintemm fil-bidu ta’ April li ġej.

George Vella kien ikkontesta l-elezzjoni għall-ewwel darba fl-1976 u serva fil-Parlament bejn l-1978 sal-2017. Hu kien ukoll deputat mexxej tal-Partit Laburista. F’April li ġej, Dr Vella jagħlaq 77 sena. Huwa miżżewweġ lil Miriam u għandhom tliet itfal.

The post George Vella jista’ jkun il-President il-ġdid appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here