Home One News Futsal – Valletta jkomplu minn fejn ħallew

Futsal – Valletta jkomplu minn fejn ħallew

9
0
SHARE
Advertisement

Valletta jkomplu minn fejn ħallew u kisbu l-11-il rebħa li żżommhom b’punti massimi. Dan hekk kif f’din il-ġimgħa l-Beltin għelbu lill-Universitarji bl-iskor ta’ 7-3. Kienet logħba ferm pjaċevoli u t-tim tal-Università reġa’ kellu wirja ferm pożittiva, tant li kienu tliet darbiet fil-vantaġġ. Valletta kellhom neqsin lill-Kolumbjan Camilo Andres Vanegas Gomes u l-plejer Libjan Mohamed Lamari. Għall-Beltin kellna tripletta ta’ Denis Di Maio, gowl kull wieħed għal Gia Nikvasvili u Melvin Borg flimkien mad-doppjetta ta’ Jovica Milijic. Għat-tim tal-Università skurja darbtejn Ervin Rigo u ġmiel ta’ gowl ta’ Daniel Borg.

F’aktar logħbiet li kellna mir-rawnd tal-Elite, Swieqi United għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 5-2, filwaqt li Luxol St. Andrews għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 5-3.

Mill-Ewwel Diviżjoni, Pietà Hotspurs għelbu lit-tim ta’ taħt id-dsatax-il sena ta’ Luxol bl-iskor kbor ta’ 12-0. F’logħba oħra it-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United għeleb lil UM Futsal Academy bl-iskor ta’ 8-3.

Il-kampjonat tal-futsal lokali jirritorna mit-Tnejn 4 ta’ Frar wara l-impenji tat-tim nazzjonali Malti għall-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futsal.

Klassifika – Elite

Valletta 33; Luxol 30; Swieqi United 24; Birkirkara 21; L-Università ta’ Malta 15 u Tarxien Rainbows 12.

Klassifika – L-Ewwel Diviżjoni

Pietà Hotspurs 15; Swieqi United U21 9; UM Futsal Academy & Luxol U19 3.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here