Home Net News Franza: Mejtin u midruba fi splużjoni fil-qalba ta’ Pariġi

Franza: Mejtin u midruba fi splużjoni fil-qalba ta’ Pariġi

7
0
SHARE
Advertisement

L-iskwadri għall-emerġenza fi Franza, illum, wieġbu minnufih għal splużjoni qawwija fiċ-ċentru ta’ Pariġi li fih inqatlu żewġ ħaddiema għal kontra n-nirien. Fl-isplużjoni ndarbu għexieren ta’ nies u kien hemm uħud f’kundizzjoni kritika. L-isplużjoni anki qerdet numru ta’ karozzi u kkaġunat ħsarat fil-bini taz-zona fir-Rue de Trevise, bil-kaġun tat-traġedja jissemma bħala leak tal-gass ġol-istabbiliment ta’ furnar.

Is-servizzi għall-emerġenza damu għaddejjin bl-investigazzjonijiet biex jaċċertaw li ma kienx fadal periklu wara l-isplużjoni, bil-pulizija żżomm lin-nies ‘il bogħod mill-inħawi.

Il-qawwa tal-isplużjoni xukkjat lin-nies tal-madwar, bix-xena, wara, tkun ‘kważi apokalitika’ bil-karozzi mgħaffġin u partijiet mill-faċċati tal-ħwienet mifruxin quddiem l-istabbiliment tal-furnar li ħa n-nar b’konsegwenza.

Xi rapporti qalu li l-isplużjoni ‘qerdet teatru’ waqt li faqgħet it-twieqi tal-appartamenti fiz-zona, fost il-paniku tar-residenti li ħasbu li kien seħħ xi attakk terroristiku.

L-istabbiliment inkwistjoni ma kienx miftuħ fil-ħin tal-isplużjoni. Fil-fatt, fil-minuti ta’ qabel l-isplużjoni, l-iskwadri għall-emerġenza kienu fi triqthom biex jinvestigaw rapporti dwar leak tal-gass fil-bini partikulari.

Ftit wara t-traġedja niżlu l-ħelikopters fil-Place de l’Opera fil-viċinanzi bil-għan li jevakwaw lill-midruba.

Il-Ministru Franċiż għall-Intern, Christophe Castaner, qal, issa, li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll u meta Pariġi u bliet oħra Franċiżi, bħalissa, qegħdin iħejju għal aktar protesti kontra l-Gvern mid-dimostranti mlaqqmin ‘tal-Ġgieget Sofor’.

Filwaqt li l-isplużjoni ma kenitx konnessa mad-dimostrazzjonijiet, hemm talanqas 80,000 pulizija fuq standby madwar Pariġi. Dan meta – għad-disa’ Sibt konsekuttiv – id-dimostranti qed jippreparaw aktar rallies kontra l-President Franċiż Emmanuel Macron minkejja li l-Prim Ministru ta’ Franza, Edouard Philippe, ħabbar pjani ‘għall-pieni’ fil-konfront tan-nies li jorganizzaw id-dimostrazzjonijiet bla awtorità.

The post Franza: Mejtin u midruba fi splużjoni fil-qalba ta’ Pariġi appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here