Home One News Eżamijiet ta’ kulleġġ f’Londra tal-ġinekoloġija se jibdew isiru f’Mater Dei minn Ġunju

Eżamijiet ta’ kulleġġ f’Londra tal-ġinekoloġija se jibdew isiru f’Mater Dei minn Ġunju

11
0
SHARE
Advertisement

Minn Ġunju li ġej eżamijiet prestiġġjużi tar-Royal College of Obstetricians and Gynaecologists se jibdew fl-Isptar Mater Dei. Dawn l-eżamijiet speċjalizzati huma mmirati għal tobba biex jispeċjalizzaw fil-ġinekoloġija. Dan tħabbar waqt żjara li għamlet delegazzjoni mill-istess kulleġġ lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Li eżamijiet ta’ dan it-tip isir f’pajjiżna huwa mhux biss ta’ benefiċċju għal tobba Maltin li jkunu jistgħu jagħmlu l-eżamijiet f’pajjiżhom stess, iżda l-Isptar Mater Dei u pajjiżna qegħdin ikomplu jirriafermaw ruħhom bħala ċentru ta’ eċċellenza medika.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here