Home One News Aktar minn 53 miljun passiġġier użaw it-trasport pubbliku fl-2018

Aktar minn 53 miljun passiġġier użaw it-trasport pubbliku fl-2018

4
0
SHARE
Advertisement

Il-Malta Public Transport ġarr iktar minn 53 miljun passiġġier matul is-sena 2018, rekord ġdid għat-trasport pubbliku f’pajjiżna.  Din hija żieda ta’ iktar minn 11% mis-sena 2017 meta t-trasport pubbliku ġarr 48 miljun passiġġier f’sena.

Ir-rotot li l-iktar ġarrew passiġġiera kienu dawk li servew f’ tas-Sliema, San Ġiljan, Buġibba u ċ-Ċirkewwa bir-rotot numru 13 u 13A li ġarrew-il fuq minn 3 miljun passiġġier fis-sena. Dan filwaqt li r-rotot li jgħaddu mill-Università u l-isptar Mater Dei raw żieda ta’ madwar 13%.

It-8 t’Awissu kienet l-iktar ġurnata bieżla għat- trasport pubbliku b’iktar minn 186,000 passiġġier li użaw is-servizz matul din il-ġurnata.  Dan huwa rekord minnu nnifsu hekk kif l-iktar ġurnata li rat passiġġiera matul is-sena 2017 rat 164,000 li għamlu użu mis-servizz.

Il-Maniġer Ġenerali tat-trasport Pubbliku, Konrad Pulé saħaq li dawn huma ċifri inkoraġġanti ħafna sabiex tkompli l-ħidma biex ikompli jittejjeb is-servizz pubbliku.  Dan filwaqt li rringrazzja lil ħaddiema kollha li għamlu dan ir-riżultat possibli bid-dedikazzjoni tagħhom.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here