Home One News Talba ta’ €500,000 f’donazzjonajiet għal veteran tax-xandir biex jegħleb il-lewkimja

Talba ta’ €500,000 f’donazzjonajiet għal veteran tax-xandir biex jegħleb il-lewkimja

4
0
SHARE
Advertisement

Ħbieb u qraba ta’ Terry Farrugia ngħaqdu kollha f’daqqa biex jiġbru s-somma ta’ €500,000 għall-veteran tax-xandir sabiex jirċievi t-trattament kontra l-lewkimja.

Farrugia, li hu misier ta’ żewġ subien ta’ 8 u 10 snin, ngħata l-aħbar li kellu tip partikolari ta’ lewkimja fl-2016 fejn spiċċa nżamm l-isptar fejn ngħata l-ewwel trattament tal-kimoterapija kontra l-kanċer fil-mudullun.

L-għan kien li jeħilsu mill-għadma tal-mudullun u jsibu donatur li jaqbel ma’ Farrugia sabiex jiġi assigurat li l-kanċer ma jerġax jirritorna. Iżda sfortunatament ma kien hemm ebda donatur li seta’ jgħin lil Farrugia fid-database internazzjonali.

Kien f’Settembru tal-2016 li Farrugia ngħata l-aħbar li jista’ jmur lura d-dar iżda wara biss sena, Terry u familtu ngħataw l-aħbar kerha li l-kanċer reġa’ rritorna. 

Wara din l-aħbar kien imiss trattament ieħor ta’ kimoterapija aktar ħarxa fejn it-trapjant tal-għadma tal-mudullun issa ma kinitx biss bżonnjuża, iżda ma baqgħetx għażla u saret bżonn ta’ bilfors.

Hekk kif xorta ma nstabx donatur l-unika għażla kienet li jirċievi trapjant fir-Renju Unit ta’ ċelloli staminali. Kien f’Marzu tal-2018 li sarlu t-trapjant li kien jinvolvi wkoll kimoterapija u radjoterapija.

Għalkemm kienet diffiċli, wara għadd ta’ xhur Farrugia beda jerġa’ jikseb saħħtu lura bl-ewwel riżultati juru li t-trapjant kien ta’ suċċess.

Iżda ftit wara ġie kkonfermat li l-kanċer reġa’ rritorna għal darb’oħra. Kien hawn li t-tobba ddeċidew li jagħtuh trattament ieħor, tip speċjali ta’ kimoterapija – liema terapija għenet lil Farrugia biex jerġa’ jingħata l-aħbar li jista’ jmur lura d-dar.

Iżda erba’ xhur biss wara, il-kanċer reġa’ rritorna. Hekk kif dan it-tip ta’ kanċer hu wieħed aggressiv, bosta ċentri ġew ikkuntattjati sabiex ikompli jingħata t-trattament fejn fost iċ-ċentri kollha kien ċentru wieħed biss li kien interessat li joffri dan it-trattament lil Farrugia – liema ċentru kien fi Houston, Texas fl-Istati Uniti.

 

Kien aktar kmieni din il-ġimgħa li Farrugia tela’ fl-Istati Uniti iżda sfortunatament din il-kura se tkun qed tiswa lil familtu s-somma ta’ €500,000, dan sabiex jirċievi t-trattament li għandu bżonn sabiex issalvalu ħajt.

Kienu bosta għaqdiet u persuni li għenew lil Farrugia sa issa biex jirċievi t-trattament fosthom il-Malta Community Chest Fund, Puttinu Cares, is-sezzjoni tat-trattament ta’ barra minn Malta fi ħsan id-Dipartiment tas-Saħħa, ħbieb u qraba.

Kull min hu interessat biex jagħti d-donazzjoni tiegħu sabiex jgħin lil Farrugia jista’ billi jidħol fis-sit: https://terrytime.org/ u jagħti d-donazzjoni tiegħu hemm.

Id-donazzjonijiet jistgħu isiru permezz ta’ Paypal fuq donations@terrytime.org jew permezz ta’ trasferiment ta’ flus mill-bank fuq:  Terry Time Trust Bank Account, c/o CSB trustees & fiduciaries Ltd; Bank of Valletta PLC; numru tal-kont: 40025136757; Iban number mt77vall22013000000040025136757 u swift: vallmtmt

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here