Home One News Servizzi speċjalizzati fil-qasam tal-edukazzjoni issa jinsabu f’ċentru tekniku

Servizzi speċjalizzati fil-qasam tal-edukazzjoni issa jinsabu f’ċentru tekniku

6
0
SHARE
Advertisement

Fil-Ministeru għall-edukazzjoni tnieda l-ewwel Hub tekniku b’servizzi speċjalizzati fil-qasam tal-Edukazzjoni bl-isem One-Stop Shop.
F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo u s-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar intqal kif dan iċ-ċentru tekniku ser ikun qed joffri mal-50 servizz differenti fosthom applikazzjonijiet għall-ezamijiet, Klabb 316, Life Long Learning u xiri ta’ uniformijiet.
Dan l-istess One-Stop-Shop ser ikun qed iservi wkoll bħala ċentru ta’ servizz.gov. Pjattaforma onlajn li fiha tiġbor is-servizzi governattivi kollha.

Fl-indirizz tiegħu is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar tenna li dan iċ-ċentru ser ikompli jgħin sabiex inaqqas il-burokrazija filwaqt li jżid l-effiċjenza għal kull min jiġi bżonn dawn is-servizzi.

Huwa tenna wkoll li bħalissa għaddej xogħol estensiv fuq żewġ hubs tekniċi oħra: wieħed li ser jintuża għas-servizzi ofruti mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u ieħor li ser ikun qed jlaqqa’ s-servizzi ta’ Taxxa u t-Taxxa tad-Dħul.

Intant il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo tenna li l-Ministeru jinsab disponibbli sabiex joffri s-servizzi tiegħu bl-aħjar mod possibli. Huwa tenna li t-test veru għal dan il-Ministeru huwa li mhux biss jiġi mfittex minn nies iżda li n-nies jiġu moqdija

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here