Home Net News Qormi jippreżentaw il-ħames akkwisti l-ġodda bit-tama li jibqgħu fil-Kampjonat Premier

Qormi jippreżentaw il-ħames akkwisti l-ġodda bit-tama li jibqgħu fil-Kampjonat Premier

1
0
SHARE
Advertisement

Qormi ppreżentaw l-akkwisti l-ġodda tagħhom bi preparazzjoni għat-tieni parti tal-istaġun, bit-tama tkun li jsalvaw posthom fil-Kampjonat Premier. Fil-preżent, il-Qriema jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika ma’ Senglea Athletic b’erba’ punti.

L-akkwisti l-ġodda ta’ Qormi huma mmirati fuq il-fażi offensiva. Dawn huma l-attakkant Taljan ta’ 24 sena Antonio Rozzi, Wellington Petinha, attakkant Brażiljan ta’ 25 sena li fil-passat lagħab ma’ Tarxien Rainbows u Freud Gnindokponou li hu attakkant Franċiż ta’ 24 sena.

Barra minn hekk huma akkwistaw ukoll lid-difensur Brażiljan ta’ 20 sena Lucas dos Santos Santana u l-midfielder Brażiljan ta’ 23 sena Mateus Regis.

Bl-aħħar tibdil fl-istaff tekniku taħt it-tmexxija tad-Direttur Tekniku Mario Muscat, il-kumplament tal-istaff hu magħmul mill-assistent kowċ Matthew Psaila, il-Physical Trainer Karl Sciortino u l-kowċ tal-gowlkipers Francesco Scopece.

Il-President ta’ Qormi Victor Camilleri għamel referenza għall-iskwadra tagħhom. Hu żied li l-iskwadra ma kinitx b’saħħitha minħabba li kisbu l-promozzjoni bla ħsieb u saħaq li bil-bidliet li għamlu, mil-logħba li ġejja jridu jirbħu l-punti.

Camilleri kompla jappella biex il-Qriema jgħinu fil-klabb għaliex qal li x-xogħol amministrattiv kiber fil-klabb. Il-President ħabrieki jinsab kunfidenti li l-istaff tekniku se juża l-kwalità tal-plejers il-ġodda biex jgħinhom isalvaw.

Id-Direttur Tekniku tal-klabb Mario Muscat saħaq li għalih ma kinitx deċiżjoni faċli li jħalli lil Hibernians li qed jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat biex jingħaqad ma’ tim li qed jissielet biex iżomm postu mal-kbar.

Hu żied li l-għan tiegħu hu li jsalvaw u jkunu stabbli mat-timijiet ta’ fuq. Muscat kellu kliem ta’ tifħir għall-impenn tal-plejers f’dawn il-ftit ġimgħat li ilu fit-tmexxija u wiegħed aktar ħidma fit-tieni parti tal-kampjonat.

The post Qormi jippreżentaw il-ħames akkwisti l-ġodda bit-tama li jibqgħu fil-Kampjonat Premier appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here