Home Newsbook McDonald’s u Burger King b’inqas użu ta’ straws

McDonald’s u Burger King b’inqas użu ta’ straws

8
0
SHARE
Advertisement

Il-kumpaniji McDonald’s u Burger King issa qed joffru straws biss meta wieħed speċifikament jitlob għal wieħed, skont il-kumpanija.

Fi stqarrija McDonald’s qalet li introduċiet l-iskema Straws on Request fl-istabbilimenti kollha tagħha madwar Malta wara li ntemmet b’suċċess il-prova li saret fil-Belt u fin-Naxxar matul Diċembru li għadda.

Il-kumpanija spjegat li x-xorb normali tagħha mhux se jkun akkumpanjat aktar bi straws. Xarbiet bħall-milkshakes, smoothies, u frappes xorta se jibqgħu jiġu servuti bi straw.

Il-McDonald’s qalet li din l-inizzjattiva hija parti mill-ħidma li qed tagħmel il-kumpanija madwar id-dinja biex ittejjeb is-sostenibbilità tal-materjal tal-ippakkjar biex tilħaq il-mira li 100% tal-materjal ikun ġej minn sorsi renovabli, riċiklati, jew iċċertifikati sal-2025. Il-kumpanija tixtieq tibda tirriċikla 100% tal-materjal tal-ippakkjar madwar id-dinja.

Il-General Manager ta’ McDonald’s f’Malta Paul Dragan qal li l-klijenti tal-kumpanija rreaġixxew b’mod pożittiv għall-inizjattiva.

F’kampanja simili, il-kumpanija Burger King qalet li se tkun qed toffri straws u atu tal-plastik għax-xorb meta klijent jitlob għalihom hu.

F’Lulju tal-2018, il-kumpanija KFC qalet li se telimina l-istraws mill-istabbilimenti tagħha.

Studju li ġie ppublikat kien żvela li x’aktarx madwar 8.3 biljun straw qed iniġġsu l-bajjiet madwar id-dinja.

The post McDonald’s u Burger King b’inqas użu ta’ straws appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here