Home Newsbook Jason Azzopardi jitlef libell kontra Owen Bonnici

Jason Azzopardi jitlef libell kontra Owen Bonnici

2
0
SHARE
Advertisement

Il-Membru Parlamentari Jason Azzopardi tilef il-libell li fetaħ lill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici dwar kontroversja li qamet dwar il-valutazzjoni tal-birrerija Lowenbrau.

Fl-2017, il-Ministru Bonnici kien qal li meta Azzopardi kien Segretarju Parlamentari għall-Art tal-Gvern kien iltaqa’ mal-intraprenditur Nazzareno Vassallo u wiegħdu kompromess dwar il-valur tal-art f’Ħal Qormi fejn qabel kien hemm il-birrerija. Qal ukoll li l-art ġiet trasferita lil Vassallo b’madwar €7 miljun inqas minn kemm suppost. Azzopardi kien sostna li dan mhux vera.

Skont il-Ministru Bonnici, il-kumment tiegħu ma kien fih xejn ħażin u kien ibbażat fuq xhieda li ta Nazzareno Vassallo fil-Qorti f’każ bejn Vassallo Builders group u Marsovin, li kienu qed jokkupaw l-art.

Min-naħa tiegħu, il-Maġistrat Francesco Depasquale aċċetta li dan kien korrett u li l-kumment ta’ Bonnici kien ibbażat fuq rapport tal-Awditur Ġenerali. Il-kummenti ta’ Bonnici ġew ikkunsidrati li ma kienux defamatorji iżda kienu biss kummenti politiċi.

The post Jason Azzopardi jitlef libell kontra Owen Bonnici appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here