Home Newsbook Installati safes fid-djar tal-anzjani

Installati safes fid-djar tal-anzjani

18
0
SHARE
Advertisement

Safes ta’ sigurtà ġew installati fil-kmamar tad-djar residenzjali tal-anzjani fil-Floriana Home, kif ukoll kien hemm żieda fl-ammont ta’ kameras fl-ispazju pubbliku ta’ din id-dar.

Dan tħabbar fi stqarrija mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva. Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis spjega li r-residenti ta’ din id-dar se jkollhom l-għażla li jibdew jagħmlu użu personali minn safe sabiex iżommu numru żgħir ta’ flus u xi oġġetti personali.

Biex jagħmlu użu minn dan is-safe, ir-residenti jistgħu jimlew applikazzjoni u jiġi installat safe fil-kamra tagħhom. F’każ ta’ diffikultajiet se jkollhom ukoll in-numru tal-persuni responsabbli minn dawn is-safes.

Decelis irringrazzja lill-Welfare Committee talli raw li din l-inizjattiva tiġi implementata. Insista li dan huwa proġett pilota li jekk ikun ta’ suċċess jiġi implementat fid-djar residenzjali kollha f’Malta u Għawdex.

The post Installati safes fid-djar tal-anzjani appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here