Home Newsbook Ikissru 60% tal-ispeed cameras fi Franza

Ikissru 60% tal-ispeed cameras fi Franza

9
0
SHARE
Advertisement

Id-dimostranti Franċiżi li qed jiġu msejjħa “yellow vests” ivvandalizzaw mas-60% tal-ispeed cameras ta’ Franza skont il-Ministru għall-Intern.

Skont il-BBC, il-Ministru Christophe Castaner qal li l-ħsarat huma ta’ theddida għas-sigurtà fit-toroq u qed ipoġġu l-ħajjiet tan-nies f’riskju. Il-protesti bdew minħabba żieda fit-taxxa fuq il-fuel, liema protesti wasslu sabiex sewwieqa jgħalqu numru ta’ toroq.

Uħud mid-dimostranti jħossu li l-kameras fit-toroq huma biss hemm bħala sors ta’ dħul għall-Gvern sabiex jieħu l-flus mingħand il-foqra. Skont ġurnalist tal-BBC, l-evidenza tal-vandaliżmu hija viżibbli għal kull min qed isuq madwar Franza. Il-kameras inksew biż-żebgħa jew tape li ma jħalluhomx joperaw b’mod normali.

The post Ikissru 60% tal-ispeed cameras fi Franza appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here