Home Newsbook Ikisser bieb ta’ ħanut biex jintbagħat lura s-Serbja

Ikisser bieb ta’ ħanut biex jintbagħat lura s-Serbja

3
0
SHARE
Advertisement

Żagħżugħ li spiċċa jgħix fit-triq kisser bieb ta’ ħanut tal-ħobż f’San Pawl il-Baħar sabiex jittanta xortih li jintbagħat lura lejn is-Serbja. Hu ngħata sentenza sospiża wara li tressaq il-Qorti llum.

Modrag Petrovic, Serb li għandu 20 sena ġie akkużat li vvandalizza bieb għall-ħabta tad-9pm it-Tlieta li għadda. Il-prosekuzzjoni spjegat kif għamel dan sabiex jintbagħat lura pajjiżu. Ġie spjegat li sħabu tradewh tant li spiċċa jgħix fit-triq mingħajr mod kif isostni lilu nniffsu. L-avukat tad-difiża spjegat li hu ma kellux ħbieb jew qraba f’Malta li setgħu joffrulu għajnuna finanzjarja.

Wara li l-Qorti kkunsidrat l-ammissjoni tiegħu u rat li ma għandux minn fejn iħallas għad-dannu li għamel, il-Maġistrat Rachel Montebello tatu sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal 18-il xahar. Hu ntalab ukoll iħallas lura l-valur ta’ €472 sabiex jissewwa l-bieb li kisser.

The post Ikisser bieb ta’ ħanut biex jintbagħat lura s-Serbja appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here