Home Newsbook F’liema ġurnata tal-2018 intużat l-aktar Tal-Linja?

F’liema ġurnata tal-2018 intużat l-aktar Tal-Linja?

7
0
SHARE
Advertisement

L-iktar ġurnata bieżla kienet it-8 ta’ Awwissu b’aktar minn 186,000 passiġġier li vjaġġaw bit-trasport pubbliku. Dan skont stqarrija mill-Malta Public Trasport.

53.4 miljun passiġġier għamlu użu mis-servizzi tal-Malta Public Transport fl-2018. Skont stqarrija, dan huwa rekord ġdid għat-trasport pubbliku fil-pajjiż. Fl-istqarrija, Malta Public Transport spjegat li kien hemm żieda ta’ 11.3% fuq l-2017, meta l-kumpanija kienet qdiet 48 miljun passiġġier.

Ir-rotot li ġarru l-iżjed passiġġieri kienu dawk lejn Tas-Sliema, San Ġiljan, Buġibba u Ċirkewwa, bir-rotot 13/13A iġorru mat-3 miljun passiġġiera fis-sena. Rotot oħrajn qed jiżdiedu fil-popolarità jinkludi dawk li jmorru lejn l-Isptar Mater Dei u l-Università, żieda ta’ 13%.

The post F’liema ġurnata tal-2018 intużat l-aktar Tal-Linja? appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here