Home One News Erba’ nisa l-isptar wara inċident fin-Naxxar

Erba’ nisa l-isptar wara inċident fin-Naxxar

17
0
SHARE
Advertisement

 

Erba’ nisa ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu fi Vjal ix-Xogħol fin-Naxxar meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn Peugeot misjuqa minn mara ta’ 49 sena minn Ħal Qormi u vettura tat-tip Subaru misjuqa minn mara ta’ 61 sena min-Naxxar u li magħha kellha żewġ passiġġieri nisa, anzjana ta’ 72 sena min-Naxxar u anzjana oħra ta’ 69 sena mix-Xagħra, Għawdex.

Fuq il-post issejħu numru ta’ ambulanzi fejn ħadu lill-erba’ nisa l-isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here