Home Net News Cesc Fabregas iħalli uffiċjalment lil Chelsea biex jingħaqad ma’ Monaco

Cesc Fabregas iħalli uffiċjalment lil Chelsea biex jingħaqad ma’ Monaco

16
0
SHARE
Advertisement

Wara diversi jiem ta’ stennija, ħarġet l-uffiċjalità li Cesc Fabregas ħalla lil Chelsea biex ingħaqad ma’ Monaco fil-kampjonat Franċiż. B’hekk hu se jkun taħt il-gwida ta’ Thierry Henry li lagħab miegħu ma’ Arsenal. Hu ħalla l-futbol Ingliż wara 501 logħba.

Il-midfielder ta’ 31 sena mistenni jingħaqad fil-ħin biex jagħmel id-debutt ma’ Monaco kontra Olmypique Marseille. Fabregas kien mar Monaco biex jagħlaq il-ftehim il-Ħadd li għadda, iżda Chelsea kienu qed itawlu sakemm isibu sostitut. Fabregas ħalla l-pitch bid-dmugħ f’għajnejh wara li lagħab l-aħħar logħba fi Stamford Bridge kontra Nottingham Forest ġimgħa ilu.

L-Ispanjol beda l-karriera fl-Ingilterra ma’ Arsenal wara li ngħaqad magħhom mill-akkademja ta’ Barcelona u sar il-captain tal-klabb fl-2008. Wara kważi tmien snin hu rritorna ma’ Barcelona fl-2011.

Magħhom hu rebaħ it-Tazza tar-Re u l-La Liga fi staġuni konsekuttivi qabel irritorna fl-Ingilterra fl-2014 ma’ Chelsea. Hu rebaħ il-Premier League u l-League Cup fl-ewwel staġun tiegħu. Fl-istaġun 2016/2017, Fabregas reġa’ rebaħ il-Premier League qabel rebaħ l-FA Cup għall-ewwel darba l-istaġun li għadda.

L-isfida immedjata ta’ Fabregas se tkun li jgħin lil Monaco joħorġu miż-żona tar-relegazzjoni hekk kif sa issa kisbu biss 13-il punt minn 18-il logħba.

The post Cesc Fabregas iħalli uffiċjalment lil Chelsea biex jingħaqad ma’ Monaco appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here