Home Newsbook 51 migrant salvati l-Italja bl-għajnuna tan-nies

51 migrant salvati l-Italja bl-għajnuna tan-nies

6
0
SHARE
Advertisement

51 persuna waslu abbord dgħajsa tal-qlugħ viċin ta’ Melissa fil-provinċja ta’ Crotone fl-Italja ‘l bieraħ filgħodu.

Abbord id-dgħajsa kien hemm 51 Kurd li qed ifittxu ażil u sabu ruħhom f’diffikultà wara li d-dgħajsa li kienu fuqha inkaljat fir-ramel. Huma bdew iwerżqu għall-għajnuna hekk kif ħafna minnhom ma kienux jafu jgħumu.

Il-midja Taljana rrappurtat kif nies f’lukanda viċin semgħu lin-nies iwerżqu għall-għajnuna u niżlu minnufih biex jagħtuhom daqqa t’id, billi qabżu l-baħar u ġabuhom fuq l-art. Il-grupp ittieħed f’ċentru tal-akkoljenza fiż-żona. Il-midja Taljana kkumparat il-każ ma’ dak li ġara b’32 abbord iż-żewġ bastimenti Sea-Watch 3 Professor Albrecht Penck tal-għaqdiet mhux governattivi.

Jidher li d-dgħajsa kienet f’riskju li tinqaleb b’konsegwenza li n-nies kienu jispiċċaw fil-baħar.

Is-Sindku Gino Murgi qal lil midja Taljana li kienet nieżla x’xita fil-ħin li seħħ l-inċident. Huwa qal li kien minn tal-ewwel li wasal fuq il-post u spjega kif kien emozjonat bl-għajjat għall-għajnuna min-nies abbord id-dgħajsa.

In-nies tal-post mhux biss għenu lin-nies mill-baħar iżda ġabulhom il-kutri u affarijiet bażiċi. Fost il-51 immigrant kien hemm ħames nisa u erbat itfal fosthom tarbija ta’ ftit xhur.

The post 51 migrant salvati l-Italja bl-għajnuna tan-nies appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here