Home First Malta It-temp se jieħu żvolt’oħra minn għada t-Tlieta filgħaxija u Grigalata għall-weekend

It-temp se jieħu żvolt’oħra minn għada t-Tlieta filgħaxija u Grigalata għall-weekend

44
0
SHARE
Advertisement

Hekk kif illum it-Tnejn għalkemm kienet puttost kiesħa, kienet ġurnata karatterizzata minn sema blu u bnazzi. Iżda minn għada t-Tlieta filgħaxija t-temp se jieħu żvolt’oħra. Il-mudelli tat-tbassir tat-temp qed jindikaw li riħ mill-Majjistral se jilħaq fuq il-gżejjer Maltin mit-Tlieta filgaħxija u se jġib miegħu x-xita. Kemm ir-riħ u kif ukoll ix-xita mistennija jippersisstu matul il-ġurnata tal-Erbgħa 9 ta’ Jannar kollha, b’xita iżolata minn ħin għal ħin.

Filwaqt li sistema ta’ maltemp oħra mistennija li twassal Grigalata bil-possibbilta’ ta’ xita għal nhar is-Sibt.

Iktar tagħrif dwar dan fl-aġġornamenti li jmiss. Żomm ruħek aġġornat billi tkun ċert li qed issegwi l-paġna ta’ Facebook tagħna > facebook.com/firstmalta

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit First Malta

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here