Home First Malta Meta u kemm kienet l-inqas temperatura li qatt niżlet f’Malta?! Nagħtu ħarsa...

Meta u kemm kienet l-inqas temperatura li qatt niżlet f’Malta?! Nagħtu ħarsa wkoll lejn it-temperaturi matul il-ġimgħa d-dieħla

39
0
SHARE
Advertisement

Untitled-2 copy

Hekk kif ix-xitwa dieħla ġmiegħla, il-konversazzjoni dejjem qed tiffoka iktar fuq it-temperaturi kesħin u kemm hu sabiħ li jkollna temp kiesaħ u mhux xitwa li kważi taħsbek għadek ħa tibda l-Ħarifa bħal ma kellna xi snin ilu!

Mir-rekords tat-temperaturi li jinżammu jidher li l-iktar darba li qatt niżlet it-temperatura kien meta misset 1.4C, dan seħħ fil-lejl tad-29 ta’ Jannar tal-1981. Ir-rekord ta’ qabel kien fi Frar tal-1956 meta t-temperatura misset 1.7C.

It-temperaturi matul il-ġimgħa d-dieħla mistennija jkunu hekk:

It-Tnejn 7 ta’ Jannar, l-ogħla 14C, tinħass 12C, l-inqas 7C

It-Tlieta 8 ta’ Jannar, l-ogħla 14c, tinħass 12C, l-inqas 10C

L-Erbgħa 9 ta’ Jannar, l-ogħla 14C, tinħass 11C, l-inqas 10C

Il-Ħamis 10 ta’ Jannar l-ogħla 14C, tinħass 11C, l-inqas 8C

Il-Ġimgħa 11 ta’ Jannar, l-ogħla 13C, tinħass 11C, l-inqas 9C

Sors tal-istatistika għat-temperaturi: NSO, The Climate of Malta: statistics, trends and analysis 1951-2010, Charles Galdies

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit First Malta

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here