Home First Malta L-App tat-temp ta’ FirstMalta kompliet timpressjona, bassret bl-eżatt l-instabbilta’ li ħakmet fuq...

L-App tat-temp ta’ FirstMalta kompliet timpressjona, bassret bl-eżatt l-instabbilta’ li ħakmet fuq il-gżejjer Maltin

49
0
SHARE
Advertisement

Captur444e

L-App ta’ FirstMalta fl-aħħar ġranet bassret it-temp bi preċiżjoni

L-App li ġiet varata inqas minn sena ilu qed tkompli tikseb popolarita kbira mal-Maltin u iktar ma jgħaddi żmien iktar qed issir preċiża, sa minn ġranet qabel qed timmarka kif se jkun it-temp fuq il-gżejjer Maltin u qed tbassar b’livell għoli ta’ preċiżjoni meta tkun se tasal ix-xita fuq Malta u Għawdex.

Din l-istess App tagħti tbassir wkoll dwar it-temp sa għaxart’ijiem bil-quddiem.

L-App tista’ titniżżel b’xejn issa fuq il-mobile / tablet tiegħek.

Bħal ma nafu t-temp ivarja kontinwament u tibdil żgħir fid-direzzjoni tar-riħ tista’ tagħmel differenza kbira u għalhekk li l-App tagħna qed tiġi aġġornata kull nofs siegħa, dan sabiex min ikun qed jara t-tbassir ikollu l-iktar informazzjoni riċenti, 24 siegħa kuljum.

Bħalissa l-App ta’ FirstMalta hija disponibbli biss fuq Smartphones jew tablets li jużaw Android Devices filwaqt li dawk li jużaw iOS jew desktop jistgħu jaraw l-istess tbassir fuq il-websajt www.firstmalta.com

Xi wħud mill-Apps barranin jagħtu indikazzjoni ta’ kif se jkun it-temp fuq il-gżejjer Maltin, iżda ħafna drabi nafu li fid-dinja mgħaġġla li qed ngħixu fiha llum, li tkun taf b’mod ġenerali kif se jkun it-temp mhux biżejjed. L-App ta’ FirstMalta tindika mhux biss jekk ix-xita hux ġejja filgħodu, wara nofsinhar jew mal-lejl, iżda wkoll l-ammonti ta’ xita u l-intensita’ mistennija.

Hemm ħafna Apps għall-Mobile jew it-tablets li juru t-tbassir tat-temp għall-gżejjer Maltin, xi wħud juru rapporti tat-temp għall-Ewropa u jinkludu lil Malta u oħrajn saħansitra għad-dinja kollha. Iżda ftit huma dawk l-Apps li huma iffokati biss fuq il-gżejjer Maltin bħal App ta’ FirstMalta.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit First Malta

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here