Home First Malta Kif se jkun it-temp matul il-ġimgħa d-dieħla?

Kif se jkun it-temp matul il-ġimgħa d-dieħla?

41
0
SHARE
Advertisement

Captu456reIl-mappa t’hawn fuq turi l-ammonti ta’ xita mistennija fuq il-Mediterran nhar l-Erbgħa 9 ta’ Jannar

Il-ġimgħa mistennija tibda’ pjuttost kalma bit-temperaturi jilħqu 14C matul il-ġurnata tat-Tnejn 7 ta’ Jannar u t-temp ikun ġeneralment bnazzi u xemxi, iżda mit-Tlieta jibda’ jiżdied is-sħab u xi ħalba tax-xita filgħaxija ma tonqosx.

Filwaqt li l-Erbgħa 9 ta’ Jannar mistenni tkun ġurnata b’riħ mill-Punent li jilħaq Forza 6 – 7 u Punent Majjistru Forza 7 iktar tard, filwaqt li ammont ta’ xita mistenni tilħaq fuq il-gżejjer Maltin matul il-ġurnata kollha.

Ir-riħ mistenni jippersissti il-Ħamis 10 ta’ Jannar, Punent Majjistru Forza 6 u jkun pjuttost imħsaħħab, mentri l-Ġimgħa 11 ta’ Jannar mistennija tirritorna x-xita u l-ġurnata tkun pjuttost waħda mdallma b’ammont ta’ sħab.

Ix-xita f’forma iżolata mistennija tippersissti matul il-weekend li ġej ukoll.

Id-dettalji tat-temp preċiżi għall-10 t’ijiem li ġejjin jinsabu fuq l-App tagħna, mentri jekk tixtieq iżżomm ruħek aġġornat dwar is-sitwazzjoni tat-temp madwar Malta u Għawdex kontinwament, agħfas ‘like’ hawn isfel sabiex issegwi l-paġna ta’ Facebook ta’ FirstMalta.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit First Malta

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here