Home First Malta Il-Ġimgħa d-dieħla mistennija tibda’ bit-tajjeb u tispiċċa bil-banda!

Il-Ġimgħa d-dieħla mistennija tibda’ bit-tajjeb u tispiċċa bil-banda!

43
0
SHARE
Advertisement

Capture235

Għada t-Tnejn 7 ta’ Jannar it-temperaturi mistennija jilħqu l-ogħla ta’ 15C, jinħassu 13C u l-inqas sa 7C, madanakollu l-ġurnata mistennija tkun pjuttost bnazzi, bir-riħ mit-Tramuntana jilħaq Forza 3 – 4 u jiżdied F 4 – 5 iktar tard.

Matul il-ġurnata tat-Tlieta wkoll mistenni tibda’ pjuttost bnazzi, iżda minn wara nofsinhar it-temp jibda’ jinbidel, ir-riħ se jitqawwa u sa filgħaxija tilħaqna ftit xita.

L-Erbgħa, mistennija ġurnata b’xita iżolata minn ħin għal ħin u bir-riħ mill-Punent li jilħaq Forza 6 – 7 li jsir Punent Majjistru Forza 7 iktar tard.

Ix-xita mistennija tbatti matul il-Ħamis filgħodu iżda r-riħ se jippersisti Punent Majjistru Forza 6

Il-Ġimgħa teżisti possibbilta’ ta’ iktar xita u t-temperaturi se jilħqu l-ogħla ta’ 13C, jinħassu 11C u jinżlu sa 9C bir-riħ idur Grieg il-Lvant Forza 4.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit First Malta

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here