Home First Malta Aħbar tajba: L-Ozone Layer qed ifiq, sal-2060 nerġgħu lura għan-normal, jgħidu l-esperti...

Aħbar tajba: L-Ozone Layer qed ifiq, sal-2060 nerġgħu lura għan-normal, jgħidu l-esperti tal-U.N.

29
0
SHARE
Advertisement

capture

Aħbar tajba : għalkemm il-bniedem għamel ħsara kbira lid-dinja tagħna wara l-1960 speċjalment bl-industrijalizzazjoni u l-kimika li nħarqet u ntefgħet fl-arja, iżda issa naraw kif esperti mqabbda min-Nazzjonijiet Uniti (United Nations) qed jgħidu li s-saff tal-ożonu (Ozone Layer) li kellu ħsara kbira, issa beda jfiq u jidher li sas-sena 2060 jekk nibqgħu sejrin b’din l-istess rata jidher li se jerġa’ jiġi lura għal-livelli aċċettabli.

Din il-ħsara saret minħabba li l-bniedem kien qed juża kimiċi li litteralment itaqqbu dan is-saff protetti. Studju li sar fl-1980 wera li s-saff tal-ożonu fuq l-Antartika kien iċċarrat u bdew deħlin raġġi tax-xemx li jagħmlu ħsara kbira lil bniedem u jżiedu t-temperatura.

Iżda grazzi għal-leġislazzjoni li għaddiet fejn ġew aboliti ammont ta’ kimiċi perikolużi u wkoll bil-mod kif id-dinja qed teqleb ftit ftit għall-enerġija nadifa bħal pannelli solari, l-ammont ta’ ħsara bdiet tfiq waħedha.

Dawn ix-xjenzati skantaw kif indunaw li dan is-saff protettiv qed ‘ifiq’ waħdu, “daqs li kieku d-dinja hija ħajja” qalu! Dan imur kontra dak li kien maħsub qabel fejn kien jingħad li l-ħsara ladarba saret qatt ma tista’ tiġi lura għan-normal.

Dan il-grupp ta’ esperti taw parir lin-Nazzjonijiet Uniti sabiex ikomplu jagħmlu pressjoni fuq il-pajjiżi sabiex iwaqqfu l-użu ta’ kimiċi u ħruq ta’ żjut biex b’hekk is-saff tal-ożonu jkomplu jfiq.

Id-dettalji tat-temp preċiżi għall-10 t’ijiem li ġejjin jinsabu fuq l-App tagħna, mentri jekk tixtieq iżżomm ruħek aġġornat dwar is-sitwazzjoni tat-temp madwar Malta u Għawdex kontinwament, agħfas ‘like’ hawn isfel sabiex issegwi l-paġna ta’ Facebook ta’ FirstMalta.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit First Malta

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here