Home First Malta Is-Sena 2019 mistennija tkun l-iktar sena sħuna madwar id-dinja, tort tal-“El Niño”...

Is-Sena 2019 mistennija tkun l-iktar sena sħuna madwar id-dinja, tort tal-“El Niño” u l-kambjamenti fil-klima

54
0
SHARE
Advertisement

Untitle123d-1 copy

Importanti li nippreċiżaw li dan l-artiklu mhux qed jirreferi partikolarment għat-temp fuq il-gżejjer Maltin iżda fuq il-medja tat-temperaturi meħuda madwar id-dinja matul is-sena kollha.

Id-dipartiment tal-Climate Prediction Center Amerikan qed jipprevedi li l-avveniment magħruf bħala El Niño iggravat mit-tibdil fil-klima se jkunu l-kawża li biha s-sena 2019 se tibqa’ mfakkra bħala l-iktar sena sħuna meta wieħed jieħu l-medja tat-temp madwar id-dinja kollha.

L-2018 fost l-iktar snin sħan bħala medja mondjali

Dan huwa pjuttost inkwetanti speċjalment meta naraw kif din is-sena li dalwaqt tispiċċa, l-2018, mistennija tkun it-tielet l-iktar sena sħuna madwar id-dinja, hekk kif id-dipartimenti meteoroloġiċi ta’ diversi pajjiżi għadhom qed jiġbru d-dejta kollha, iżda jidher li pajjiżi kbar anke fl-Ewropa bħal Franza u l-Ġermanja diġa’ ddikjaraw li l-2018 kisret kull rekord f’dawk li huma temperaturi għolja għalihom.

X’inhu l-El Niño?

Tajjeb li nispjegaw li l-El Niño huwa mudell klimatiku li jindika meta t-temperaturi tal-Oċejan Paċifiku jaqbżu l-medja u dan iwassal sabiex it-temperaturi madwar id-dinja wkoll jogħlew minħabba l-movimenti u l-influssi tal-arja.

L-aħħar li l-El Niño kien pjuttost qawwi kien bejn is-sena 2015 u 2016 u wassal sabiex is-sena 2016 ukoll kienet waħda mill-iktar sħan madwar id-dinja.

Temperaturi naturali jew tort tal-Bniedem?

Kelliemi għad-dipartiment tal-klimatoloġija Amerikan qal li għalkemm ix-xjenzati jafu li t-temp fih diversi ċikli u minn dejjem kien ikollna snin pjuttost iktar sħan mill-medja u oħrajn iktar friski, wieħed ma jistax ma josservax kif l-aħħar snin kienu kollha qed ikunu ogħla mill-medja, u għalhekk dan huwa pjuttost inkwetanti meta wieħed jara li kollox qed juri li l-bidla fil-klima, ikkawżata mill-bniedem taħti ta’ kollox.

Importanti li wieħed jgħid li l-bidla fil-klima ma tinvolvix biss temperaturi iktar sħan, iżda wkoll qed ninnotaw iktar avvenimenti tat-temp qawwija, bħal uragani b’iktar intensita’, żoni maħkuma minn xita torrenzjali devastati għall-kollox u wkoll silġ u temp estrem ieħor li jista’ jkun iktar ta’ riskju għall-bniedem madwar id-dinja fis-snin li ġejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit First Malta

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here