Home First Malta L-irwiegel għas-sena 2019, mhux se temmen kif se tkun ix-xitwa!

L-irwiegel għas-sena 2019, mhux se temmen kif se tkun ix-xitwa!

279
0
SHARE
Advertisement

Untitled-13423 copy

Jekk l-Irwiegel huma ta’ min joqgħod fuqhom allura għandna ngħidu li prattikament ix-xitwa fis-sena 2019 se tkun mingħajr xita u b’ħafna riħ u s-sajf se jibqa’ sejjer sal-aħħar tas-sena!!!

Snin ilu, meta ma kienux jeżistu kompjuters, satelliti u tbassir tat-temp, il-bidwi Malti kien jirreferi għall-Irwiegel sabiex jikkalkula meta għandu jiżra’ u jaħsad il-prodott tiegħu.

Dawn l-irwiegel huma tradizzjoni, li aktarx oriġinaw minn Sqallija u bdew jintużaw mill-bdiewa Maltin u Għawdxin ukoll.

Jinħadmu billi wieħed iħares lejn kull ġurnata bejn it-13 u l-24 ta’ Diċembru, fejn kull ġurnata tikkorrispondi lejn xahar partikolari tas-sena ta’ wara. Fl-antik il-bdiewa kienu jemmnu li skont kif se tkun il-ġurnata tat-13 ta’ Diċembru se jkun jikkorrispondi max-xahar ta’ Jannar li ġej u kull ġurnata ta’ wara għal kull xahar li jmiss.

Għalhekk jekk nagħtu ħarsa lejn kif kien it-temp fl-aħħar ġranet nistgħu naħdmu l-Irwiegel:

13 ta’ Diċembru – M’għamlitx xita, L-ogħla temperatura laħqet 18C u għalhekk, skont l-irwiegel Jannar 2019 għandu jkun xott u mingħajr xita b’riħ pjuttost qawwi matul ix-xahar.

14 ta’ Diċembru – L-ogħla temperatura misset id-19C, bl-ebda xita, għalhekk Frar mistenni wkoll ikun mingħajr xita.

15 ta’ Diċembru – ġiet irreġistra 0.6mm xita, bl-ogħla temperatura tmiss is-17C u b’riħ pjuttost qawwi, għalhekk Marzu mistenni jkun pjuttost iktar kiesaħ mix-xhur ta’ qablu b’xi ftit ħalbiet tax-xita u b’irjieħat qawwija.

16 ta’ Diċembru – Xejn xita, l-ogħla 16C, għalhekk naraw li April mistenni jkun mingħajr xita ida pjuttost kiesaħ.

17 ta’ Diċembru – l-ogħla tmiss id-19C għalhekk naraw li minn Mejju t-temperaturi jibdew jisħnu sew fuq il-gżejjer Maltin

18 ta’ Diċembru – l-ogħla temperatura 15C u bi ftit xita ħafifa, għalhekk nistennew xi sorpriża f’Ġunju hekk kif mhux mistenni tkun sħana ħafna u b’xi ħalba xita ħafifa!

19 ta’ Diċembru – kienet ġurnata bnazzi, bl-ogħla 17C, għalhekk naraw li Lulju jibda jisħon

20 ta’ Diċembru – xemx u b’temperatura ta’ 18C, jfisser, skont l-irwiegel, li Awwissu mistenni jkun xott u pjuttost sħun

21 ta’ Diċembru – għamlet traċċa xita u b’temperatura ta’ 17C, ifisser li Settembru se jikkalma ftit mis-sħana u nistennew xi ħalba xita l’hemm u l’hawn

22 ta’ Diċembru – xejn xita, temperatura ta’ 17C, ifisser li Ottubru se jkun mingħajr xita u jibqa’ relattivament sħun

23 ta’ Diċembru – l-ogħla 18C, xemxi – jindika li Novembru wkoll se jibqa’ sħun u mingħajr xita!

24 ta’ Diċembru wkoll kien xott u xemxi – għalhekk Diċembru tal-2019 mistenni jibqa’ wieħed komdu mingħajr kesħa u mingħajr xita! (skont l-irwiegel!!!!!)

Iżda ma hemm l-ebda garanzija li l-irwiegel jaħdmu, filfatt m’hemm l-ebda bażi xjentifika dwar dan, hekk kif huwa ovvju li t-temp m’għandux memorja u m’hemm l-ebda konnessjoni bejn it-temp mit-13 u l-24 ta’ Diċembru max-xhur ta’ wara! Iżda din it-tradizzjoni hija ferm interessanti u xorta ta’ min ikompli jżommha ħajja iżda żgur li mhux ta’ min jiddeċiedi l-ħsad għall-biedja fuq l-irwiegel!

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit First Malta

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here