Home Newsbook Filmat: Immigranti jiċċelebraw il-Milied bejn sema u ilma

Filmat: Immigranti jiċċelebraw il-Milied bejn sema u ilma

9
0
SHARE
Advertisement

Immigranti abbord il-bastiment Open Arms jidhru jiċċelebraw il-Milied fil-Baħar Mediterran, minkejja li qegħdin bejn sema u ilma. F’kitba fuq Twitter, il-fundatur tal-NGO qal li dan il-Milied qegħdin jiċċelebraw l-aqwa rigal, il-ħajja.

Oscar Camps, il-fundatur tal-għaqda non-governattiva Open Arms, li ssalva l-ħajjiet tal-immigranti fil-Mediterran, qal li qegħdin jiċċelebraw il-ħajja li tirbaħ fuq il-mewt, u l-ħajja li jsibu f’xulxin.

F’filmat imxerred fuq Twitter, iżjed minn 300 immigrant li qegħdin abbord il-bastiment bħalissa jidhru jkantaw u jippruvaw igawdu l-Milied kif jistgħu, avolja qegħdin bla saqaf fuq rashom.

The post Filmat: Immigranti jiċċelebraw il-Milied bejn sema u ilma appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here