Home Net News Kundanna oħra għall-mod kif ħareġ it-tender dwar il-Fast Ferry

Kundanna oħra għall-mod kif ħareġ it-tender dwar il-Fast Ferry

11
0
SHARE
Advertisement

Il-Qorti ddikjarat li s-sejħa pubblika għas-servizz ta’ fast ferry bejn Malta u Għawdex se jkollha tinbidel wara li ntlaqgħet it-talba li saret mill-kumpanija Virtu Ferries. U allura, dan ifisser kundanna ohra lejn il-Gvern fuq il-mod kif tfassal dan it-tender li hu meqjus krucjali ghall-Ghawdxin.

Fid-decizjoni tiegħu l-Prim Imħallef Joseph Azzopardi ddikjara li l-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fis-sejħa pubblika biex jinbeda s-servizz minn min jirbaħ it-tender hu qasir wisq.

Dan kien se jwassal biex il-kumpanija Gozo Channel ikollha vantaġġ fuq il-kumpaniji l-oħra li xtaqu japplikaw għal dan it-tender. Il-kumpanija Virtu Ferries kienet qed titlob li l-perjodu jkun ta’ sena.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti issa ghazelt is-6 ta’ Marzu bħala d-data li fiha l-kumpaniji l-oħra li jixtiequ jipprovdu dan is-servizz jistgħu jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom.

Il-każ kien kontra Transport Malta u l-Gozo Channel, bil-kumpanija Virtu Ferries li saħansitra kienet lesta li tressaq il-każ tagħha quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Dan wara li l-kumpanija lmentat li Gozo Channel għażlet kumpanija bla esperjenza biex tipprovdi s-servizz bejn iż-żewġ gżejjer. Filfatt il-kumpaija Ferry Network Limited, li ngħatat it-tender, ġiet iffurmata biss ftit jiem qabel.

Dan għall-kuntrarju ta’ Virtu Ferries, li ilha għal snin tipprovdi s-servizzi bejn Malta u Sqallija u bejn pajjiżi oħra.

L-istess Virtu Ferries saħansitra kienet għamlet l-aħjar offerta biex toffri s-servizz bejn Malta u Għawdex, iżda nqabżet meta l-offerta ġiet analizzata minn kumitat ta’ evalwazzjoni immexxi minn Joseph Cuschieri.

The post Kundanna oħra għall-mod kif ħareġ it-tender dwar il-Fast Ferry appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here