Home Net News FILMAT: “Is-somma rekord li turi l-appoġġ li kiseb il-PN” – Clyde Puli

FILMAT: “Is-somma rekord li turi l-appoġġ li kiseb il-PN” – Clyde Puli

14
0
SHARE
Advertisement

L-għada tal-maratona b’somma rekord – NET News ħa l-kumment tas-Segretarju Ġenerali Clyde Puli li ma kellu xejn għajr kliem ta’ ringrazzjament lil kull min ta’ s-sehem tiegħu fil-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista.

Is-Segretarju Ġenerali stqarr li jinsab sodisfatt ħafna b’dak li rnexxielu jikseb il-Partit Nazzjonalista, u żied li din is-somma rekord turi biss li l-Partit Nazzjonalista qed ikompli jżid fl-appoġġ min-nies. “Din is-somma hi xhieda ta’ kemm in-nies jixtiequ Gvern alternattiv”, stqarr Clyde Puli.

Fl-aħħar nett, Clyde Puli rringrazzja lill-ħaddiema u l-voluntiera kollha tal-Partit Nazzjonalista li mhux biss matul din il-maratona ġbir ta’ fondi taw sehemhom, iżda dejjem kienu hemm għall-Partit Nazzjonalista matul is-sena kollha.

Matul il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista – inġabret somma rekord ta’ €670,632, li jfisser li s-sena 2018 se tingħalaq bl-ammont globali ta’ €1,544,965 f’donazzjonijiet mogħtija mill-poplu Malti lill-Partit Nazzjonalista f’erba maratoni.

Rekord ta’ €1,544,965 miġbura f’sena waqt il-maratoni organizzati mill-Partit Nazzjonalista

The post FILMAT: “Is-somma rekord li turi l-appoġġ li kiseb il-PN” – Clyde Puli appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here