Home One News Ragel arrestat b’rabta ma’ traffikar ta’ droga f’residenza fil-Ħamrun

Ragel arrestat b’rabta ma’ traffikar ta’ droga f’residenza fil-Ħamrun

18
0
SHARE
Advertisement

Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit arrest raġel barrani wara li allegatament qabditu jitraffika d-droga fil-Ħamrun.

Sorsi qrib il-Pulizija qalu ma’ one.com.mt li kien waqt li l-Pulizija kienet qed tagħmel ir-ronda tagħha l-Ħadd filgħaxija, meta fi Triq San Tumas lemħet raġel ta’ karnġġjon skur, fejn jidher li x’ħin ra l-Pulizija, huwa beda jirreaġixxi b’mod stramb, tant, li qajjem suspett.

Il-Pulizija għamlet tfittxija fir-residenza tiegħu fl-istess triq. Kien hawn li l-Pulizija sabet ammont ta’ droga suspettata ħaxixa tal-kannabis u diversi oġġetti marbuta ma’ traffikar ta’ droga.

Ir-raġel ġie arrestat minnufih mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Għassa tal-Ħamrun.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here