Home One News Numru ta’ sewwieqa l-isptar wara inċident biswit l-MCAST

Numru ta’ sewwieqa l-isptar wara inċident biswit l-MCAST

6
0
SHARE
Advertisement

Tard il-Ħadd filgħaxija numru ta’ sewwieqa kellhom jittieħdu l-isptar Mater dei għall-kura wara li seħħet ħabta bejn żewġ vetturi fit-telgħa tal-MCAST f’Raħal Ġdid.

Fuq il-post issejjħu numru ta’ ambulanzi mill-Isptar Mater Dei flimkien sabiex jassistu lill-vittmi li kienu maqbuda fil-karozzi. Għal xi ħin wara l-inċident it-triq baqgħet magħluqa għat-traffiku hekk kif il-karozzi bdew jostakolaw iż-żewġ direzzjonijiet tat-traffiku. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li l-impatt tant kien b’saħħtu li waħda mill-magni tqaċċtet minn ġol-karozza u tkaxkret għal diversi metri.

Il-kundizzjoni tal-vittmi għadha mhux magħrufa. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here