Home One News €803,174 f’donazzjonijiet għall-Partit Laburista

€803,174 f’donazzjonijiet għall-Partit Laburista

12
0
SHARE
Advertisement

Il-Partit Laburista ngħata s-somma qawwija ta’ €803,174 f’donazzjonijiet f’maratona ġbir ta’ fondi ta’ ġurnata organizzata tul il-jum tal-Ħadd.

Kien frott il-ħidma ta’ mijiet ta’ volontiera li ilhom ġimgħat iħabbtu bieb bieb fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż u grazzi għal eluf oħra li ċemplu li l-Partit reġa’ kellu maratona suċċess. Ġurnata ta’ attivitajiet mill-isbaħ ġiet fi tmiemha bid-dikjarazzjoni tas-somma finali.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat irringrazzja lil dawk kollha li kkontribwixxew f’maratona li se toffri l-bażi lill-Partit Laburista biex finanzjarjament jibda jħejji għal elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali f’Mejju tas-sena d-dieħla.

Fi tmiem il-maratona l-Prim Ministru ħeġġeġ ukoll lil Maltin u l-Għawdxin sabiex jgħinu l-Istrina fis-26 ta’ Diċembru.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here